“Il-Crew Li Sibt Hawn Malta Huwa Fost L-Aqwa Li Qatt Ħdimt Miegħu” – Id-Direttur Tal-Films Ridley Scott

 “Il-Crew Li Sibt Hawn Malta Huwa Fost L-Aqwa Li Qatt Ħdimt Miegħu” – Id-Direttur Tal-Films Ridley Scott

“Ħdimt madwar id-dinja kollha, u l-crew li sibt hawn Malta huwa fost l-aqwa li qatt ħdimt miegħu.”

Hekk qal id-direttur tal-films ta’ fama mondjali Ridley Scott lill-Kummissarju tal-Films Malti Johann Grech hekk kif għadu kemm spiċċa l-filming f’Malta ta’ ‘Napoleon’.

“Kemm jien kburi bil-crew Malti u Għawdxi,” tenna Johann Grech f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu.

Huwa qal li l-prospetti tagħna għall-industrija tal-films għaż-żmien li ġej huma pożittivi.

“Ser inkomplu naħdmu biex inwettqu aktar. Ser noħolqu industrija tal-films World Class’ f’Malta, b’karrieri għal dawk kollha li jixtiequ jaħdmu fiha,” tenna Grech.

“Komplu ingħaqdu magħna, għax is-suċċess tagħna se niksbuh flimkien,” temm jgħid il-Kummissarju tal-Films Malti Johann Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com