Il-Flus Li Serqulha Waqt Hold-Up Terġa’ Troddhom Lura F’Donazzjoni Lil Puttinu Cares
Sara, li taħdem bħala bejjiegħa tal-ħaxix, ftit tal-ġranet ilu għaddiet minn hold-up.
Bis-saħħa tal-investigazzjoni u x-xogħol li għamlu l-Pulizija, il-flus misruqa ngħataw lura.
Sara iddeċidiet li l-flus tagħtihom lil Puttinu.
Din l-istorja sabiħa ġiet ir-rakkontata minn Puttinu Cares stess fuq il-mezzi soċjali tagħhom biex jirringrazzjaw lil Sara ta’ dan il-ġest sabiħ ferm.
Sara llum għamlet donazzjoni ta’ €300 u xi ikel ukoll lit-tfal u ġenituri.
“Prosit Sara ta kemm inti qalbek tajba,” temmew il-messaġġ tagħhom Puttinu.