Il-Kompożitur Ta’ Fama Mondjali Vangelis Imut

 Il-Kompożitur Ta’ Fama Mondjali Vangelis Imut

Tħabbret il-mewt tal-kompożitur Grieg Vangelis fl-età ta’ 79 sena.

Huwa kien l-aktar magħruf għall-kompożizzjonijiet li għamel għall-films bħal Chariots of Fire u Blade Runner, però żgur li f’Malta tibqa’ sinonima miegħu Conquest of Paradise, mill-film 1492.

Vangelis Papathanassiou tul il-karriera mużikali tiegħu rebaħ diversi unuri kbar fosthom Oscar għas-soundtracks li għamel 1981 għall-film Chariots of Fire, u sena wara Blade Runner.

Il-mewt tiegħu tħabbret mill-Prim Ministru Grieg Kyriakos Mitsotakis b’messaġġ fuq il-mezzi soċjali; “Vangelis Papathanassiou m’għadux aktar magħna.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com