Il-Korea Ta’ Fuq Tħabbar L-Ewwel Każ Ta’ Covid-19

Sentejn wara l-bidu tal-pandemija, illum il-Korea ta’ Fuq ħabbret l-ewwel każ ta’ Covid-19.
Il-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un ordna lockdown nazzjonali u stat ta’ emerġenza mal-pajjiż kollu.
Rapporti fil-midja qalu li l-każ huwa tal-varjant Omicron, però ma’ ħabbrux kemm hemm każijiet pożittivi.
Il-Korea ta’ Fuq sa mill-bidu tal-pandemija fl-2020 kienet għalqet il-fruntieri kollha tagħha minn ma’ pajjiżi oħra. Dan wassal għal nuqqas ta’ provisti fosthom ikel.
Kim Jong-Un qal li se jkun qed jikkontrolla din is-sitwazzjoni u jeqred malajr kemm jista’ jkun it-tixrid tal-virus.
S’issa f’dan il-pajjiż il-vaċċin kontra l-Covid-19 għadu ma’ daħalx.
Ritratti: BBC