Il-Lejla T-Tieni Semi Finali Tal-Eurovision – X’Inhuma Ċ-Ċansijiet Li Malta Tikkwalifika Għall-Finali?

 Il-Lejla T-Tieni Semi Finali Tal-Eurovision – X’Inhuma Ċ-Ċansijiet Li Malta Tikkwalifika Għall-Finali?

Illejla jmiss it-tieni semi finali tal-Eurovision u bla dubju għal ħafna l-eċitament jkun qed jiżdied hekk kif illejla se tkun qed tirrapreżenta lil Malta l-kantanta Emma Muscat bid-diska ‘I Am What I Am’.

Emma se tkun qed tkanta fis-6 post fost 18-il kanzunetta li minnhom iridu jgħaddu 10 biss. U hawnhekk fejn wieħed jibda jagħmel il-kalkoli u jara x’qed jgħidu d-djar tal-imħatri.

Skond l-aħħar aġġornament fuq is-sit eurovisionworld.com Malta għandha 50% li tgħaddi għall-finali tas-Sibt li ġej. Dan ipoġġi lil pajjiżna fil-11-il post f’sitwazzjoni inċerta għall-aħħar.

L-aktar favoriti li jgħaddu għall-finali huma liż-Żvezja, il-Polonja, l-Awstralja, l-Estonja u s-Serbja.

Skond dan is-sit Ċipru, Malta u San Marino qed jilgħabuha jekk jgħaddux jew le.

Emma Muscat fl-aħħar prova tagħha lbieraħ filgħaxija fil-Pala Olimpico f’Turin kellha kumment pożittivi ħafna fost ġurnalisti u dawk li kienu qed isegwu.

Emma bla dubju wara s-suċċess tagħha fil-programm televiżiv Taljan ‘Amici’ hija popolari ferm fost it-Taljani u qed tingħata promozzjoni tajba ħafna fl-Italja, però madanakollu llejla l-Italja mhux se tkun tista’ tivvota lil Malta peress li diġà ivvotat fis-semi finali tat-Tlieta.

Illejla se jkunu qed jivvutaw tlieta mill-pajjiżi msejjħa l-‘big 5’, li huma l-Ġermanja, Spanja u r-Renju Unit.

Taħseb li Malta tagħmilha mal-finalisti?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com