Il-PM Robert Abela F’Laqgħa Mal-MDA – Il-Burokrazija Fuq Quddiem Nett Tad-Diskussjoni
Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu ltaqa’ mal-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin l-MDA.
Dr. Abela fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li din kienet waħda minn sensiela ta’ laqgħat li jkollu bil-għan li jieħu r-rispons tal-imsieħba soċjali.
“Il-mod kif irridu niġġieldu l-burokrazija kien fuq quddiem nett tad-diskussjoni,” tenna Il-Prim Ministru Robert Abela.
Huwa qal ukoll li waqt din il-laqgħa mat-tmexxija tal-MDA sostna li filwaqt li l-Gvern jemmen f’suq tal-proprjetà b’saħħtu dan irid jirrifletti ukoll il-prijoritajiet ġodda li għandu l-pajjiż.