Il-PN Jikkundanna “Diskors Abbużiv” Ta’ John Charles Ellul Fuq Il-Mezzi Soċjali

 Il-PN Jikkundanna “Diskors Abbużiv” Ta’ John Charles Ellul Fuq Il-Mezzi Soċjali

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija kkundanna diskors abbużiv ta’ John Charles Ellul, id-Direttur għall-Istudji fl-Akkademja għall-Forzi Dixxiplinati ta’ Malta meta f’post fuq Facebook ħeġġeġ aġir dispreġjattiv fil-konfront tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

“Għalkemm dawn il-kummenti mhux se jxekklu lill-Oppożizzjoni milli tkompli ssemma leħen il-poplu Malti u Għawdxi fil-Parlament, dan l-aġir mhux aċċettabbli,” tenniet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Il-PN saħaq li dan l-aġir żgur mhux denju għal xi ħadd li jmexxi l-programmi ta’ taħriġ u l-iżvilupp professjonali tal-membri tal-forzi dixxiplinati f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com