Il-PN Ma Jaqbilx Man-Nomina Ta’ Anġlu Farrugia Bħala Speaker

 Il-PN Ma Jaqbilx Man-Nomina Ta’ Anġlu Farrugia Bħala Speaker

Il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista stieden lill-Prim Ministru Robert Abela sabiex immedjatament jibdew diskussjoni biex jintlaħaq qbil dwar il-ħatra ta’ Speaker li jkun tassew indipendenti u imparzjali.

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li ma jistax jippermetti li tirrepeti ruħha l-istess sitwazzjoni tal-leġiżlatura li għaddiet. “Għalhekk fiċ-ċirkostanzi l-PN ma jistax jaqbel man-nomina ta’ Anġlu Farrugia, bħala Speaker għat-tielet leġiżlatura,” saħaq il-PN.

Il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista temm jgħid li jqis dawn iċ-ċirkostanzi bħala l-ewwel okkażjoni li fiha l-Prim Ministru Robert Abela jista’ jwettaq bil-fatti l-istqarrija tiegħu li lest joffri l-id tal-ħbiberija lill-Oppożizzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com