Il-President Tal-PE Metsola B’Telefonata Sorpriża Lil Emma Muscat
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola għamlet telefonata sorpriża lil Emma Muscat, il-kantanta Maltija li qed tirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena f’Torin, l-Italja.
Metsola awgurat lil Muscat u qaltilha li se nkunu qed nifirħu għaliha. “Huwa ta’ unur li se tirrapreżenta lil pajjiżna” qalet Metsola lil Emma, li fl-Italja hija maħbuba ferm u popolari wara s-suċċess tagħha fl-2018 fil-programm ‘Amiċi’ preżentat minn Maria De Filippi.
Emma rringrazzjat lil President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u qalet li hija kienet sors kbir ta’ ispirazzjoni għal ħafna nisa, “għalija u għal ħafna oħrajn.”
Emma se tkun qed tkanta l-kanzunetta tagħha għada fit-tieni semi finali.