Il-President Ukren Volodymyr Zelensky Illum Fl-4pm Se Jindirizza L-Parlament Malti
Il-President Ukren Volodymyr Zelensky illum mistenni li jindirizza l-Parlament Malti b’mod virtwali.
Huwa se jkun qed jagħmel l-indirizz tiegħu fl-4pm. Dan wara stedina li kien għamel il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg permezz ta’ telefonata li kellu mal-Ministru Dmytro Kuleba.
Mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna l-President Zelensky indirizza diversi Parlamenti fosthom il-Parlament Ewropew.
Wara d-diskors ta’ Zelensky mistenni li jkun hemm tweġiba mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.