Il-Programm Popolari ‘The Voice’ F’Malta?

Dalgħodu l-kumpanija lokali Greatt fuq il-mezzi soċjali tagħha żvelat disinn ta’ siġġu li huwa assoċjat mal-programm popolari barra minn Malta ‘The Voice’.
Huma qalu li l-lejla fis-6pm se jkunu qed jiżvelaw id-dettalji ta’ programm televiżiv ġdid mix-xitwa li ġejja li se jkun qed jixxandar fuq it-televiżjoni Maltija.
Greatt hija l-kumpanija li ġabet f’Malta programmi kbar televiżivi bħal X Factor, Malta’s Got Talent u Shark Tank.