Il-Pulizija Jinnotaw Karozza Tinstaq B’Mod Suspettuż … Jarrestawh B’Rabta Ma’ Droga

 Il-Pulizija Jinnotaw Karozza Tinstaq B’Mod Suspettuż … Jarrestawh B’Rabta Ma’ Droga

Il-Pulizija tad-Distrett taż-Żejtun arrestat raġel ta’ 31 sena, residenti Ħal Tarxien wara li nqabad b’sustanza suspettata droga kokaina, alllegatament biex tkun ittraffikata.

Kienu xi s-sagħtejn u nofs ta’ dalgħodu, meta waqt ronda li l-Pulizija kienu qegħdin jagħmlu fi Triq Dawret Ħal Għaxaq, innotaw vettura Peugeot 208 tinstaq b’mod susspettuż u għalhekk segwewha lejn Triq il-Barbazza, f’Ħal Għaxaq stess u waqqfuha.

Waqt tfittxija li saret fil-vettura, f’kontenitur tal-metall il-Pulizija sabet ħames qratas suspettati biddroga kokaina, waqt li f’basket instabu żewġ armi li jaqtgħu u bil-ponta, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti. Wara saret tfittxija fir-residenza tar-raġel fejn instabet aktar sustanza suspettuża, allegatament kannabis.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Furjana għal aktar investigazzjonijiet.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com