Il-Pulizija Titlob L-Għajnuna Tal-Pubbliku Biex Jinstab Raġel Li Jrid Jiskonta Sentenza Ta’ Ħabs

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Osabuohien Monday.
Huwa qed jiġi mfittex sabiex jiskonta sentenza ta’ priġunerija mgħotija mill-Qorti t’Għawdex.
Kull min għandu kwalunkwè tip ta’ informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz ta’ messenger jew fuq il-linji 21224001 / 119 u jiġi kwotat in-numru 12/2022.