Il-Qorti Ukrena Llum Se Tressaq L-Ewwel Suldat Russu Akkużat Bi Qtil Ta’ Nies Innoċenti

 Il-Qorti Ukrena Llum Se Tressaq L-Ewwel Suldat Russu Akkużat Bi Qtil Ta’ Nies Innoċenti

Illum il-Qorti Ukrena se tkun qed tisma’ l-ewwel każ kriminali kontra r-Russja li seħħ waqt il-gwerra fl-Ukrajna.

Quddiem il-Qorti se jkun qed jitressaq suldat Russu, Vadim Shysimarin ta’ 21 sena b’rabta mal-qtil ta’ raġel ta’ 62 sena.

Dan il-każ huwa pass importanti ħafna għall-Gvern Ukren wara diversi investigazzjonijiet li saru mill-bidu tal-invażjoni Russa fl-Ukrajna, fejn ġew identifikati ‘il fuq minn 10,000 każ kriminali li twettaq f’dan il-pajjiż.

Is-suldat li se jitressaq illum kien responsabbli minn sezzjoni tat-tankijiet tal-gwerra u se jkun akkużat bil-qtil ta’ raġel wara li s-suldat flimkien ma’ erba’ oħra serqu karozza biex jippruvaw jaħarbu. Is-suldati Russi saqu l-karozza fil-villaġġ ta’ Chupakhivka u qatlu lir-raġel li kien qed isuq ir-rota u jitkellem fuq il-mobile.

Intqal li s-suldat Russu ta l-ordni biex jinqatel dan ir-raġel b’tir f’rasu għaliex beżgħu li kien qed jikxifhom fejn qegħdin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com