Illum Tibda Uffiċjalment L-14-il Leġislatura Fil-Parlament

 Illum Tibda Uffiċjalment L-14-il Leġislatura Fil-Parlament

Dalgħodu se jkun qed jiftaħ mill-ġdid il-Parlament biex tibda uffiċjalment l-14-il leġislatura.

Il-ġurnata għall-Membri Parlamentari se tkun qed tibda b’quddiesa fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann fid-9am, u wara jimxu sal-bini tal-Parlament fejn se jingħataw il-ġurament.

Din il-leġislatura se jkun fiha 79 deputat fil-Parlament. L-ikbar Kamra tad-Deputati li qatt kellu pajjiżna fl-istorja parlamentari. B’44 f’isem il-Partit Laburista u 35 f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Minnhom 57 deputat huma rġiel filwaqt li 22 huma deputati nisa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com