Imut Leslie Gladwish – Attur U Preżentatur Fuq Ir-Radju

 Imut Leslie Gladwish – Attur U Preżentatur Fuq Ir-Radju

“Il-ħajja hija vjaġġ ta’ esperjenzi, emozzjonijiet u sitwazzjonijiet.

Il-bieraħ filgħaxija intemm il-vjaġġ f’din id-dinja tal-ħabib u kollega tagħna fuq ONE Radio Leslie Gladwish.”

Diversi kollegi u ħbieb ta’ Leslie sellmu l-memorja tiegħu b’messaġġi fuq il-mezzi soċjali, fosthom Clint Bajada l-Head of Station ta’ ONE Radio.

Leslie Gladwish għamel żmien jippreżenta l-mużika country fuq Radju Malta, sakemm aktar tard ingħaqad ma’ ONE Radio biex flimkien mal-kollega Joe Bartolo ppreżenta l-programm ta’ mużika country “ONE Country’.

“Sa nhar is-Sibt li għadda, Lesley xandar il-programm li tant kien għal qalbu ‘ONE Country’ bejn l-għaxra ta’ filgħaxija u nofsillejl. Lesley kien ukoll xandar matul il-lejl bil-programm ‘That’s Country’ bejn nofs il-lejl u t-tlieta ta’ filgħodu” tenna Clint Bajada.

Gladwish kien ukoll attur fejn ħadem f’diversi sensiliet u anke f’films lokali.

Strieħ fis-sliem!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com