In-Naxxar Bl-Akbar Ammont Ta’ Permessi Ġodda Tal-Bini Approvati Fl-Ewwel 3 Xhur Tas-Sena

Skond ċifri tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika sal-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena ġew approvati 609 permessi ġodda tal-bini. Dan huwa rekord ta’ permessi meta mqabbel mas-sentejn ta’ qabel.
Dan l-ammont ta’ permessi se jkunu jfissru żieda ta’ kważi 3,200 residenza fis-suq, li 2,284 minnhom huma appartamenti, 468 penthouse, 330 maisonette u 92 terraced house.
L-akbar ammont ta’ postijiet ġodda approvati biex jinbnew huma fin-Naxxar, jsegwi San Pawl il-Baħar u l-Fgura.