In-Naxxar Donnu Siket Bl-Aħbar Li Graziella Stivala Ħalliet Din Id-Dinja

 In-Naxxar Donnu Siket Bl-Aħbar Li Graziella Stivala Ħalliet Din Id-Dinja

Fuq fomm kulħadd “kemm kienet dħulija Graziella” iddominat in-Naxxar illum hekk kif Graziella Stivala ħalliet din id-dinja.

Stivala kienet magħrufa għat-tbissima vivaċi tagħha, għall-imħabba lejn raħal twelidha u li dejjem lesta tgħin lin-nies. Kienet tmexxi grupp popolari fuq facebook bl-isem ta’ Naxxar Neighbourhood Watch biex fih il-pubbliku Naxxari kien ikun jista’ jiddiskuti suġġetti ta’ nteress favur in-Naxxar. Għenet ukoll lit-tim ta’ Naxxar Lions snin ilu meta mit-tielet diviżjoni baqa’ tiela’ sal-Premiere fejn kienet tgħin fl-organizzazzjoni ta’ ġbir ta’ fondi favur il-klabb.

Bosta kienu dawk li tawha eloġji fuq il-midja soċjali tagħhom. Kienet omm ta’ żewġ ulied. Insellmu l-memorja sabiħa tagħha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com