“Ir-Russja Biddlet Ir-Reġjun Ta’ Donbas F’Infern” – Il-President Ukren Zelensky

 “Ir-Russja Biddlet Ir-Reġjun Ta’ Donbas F’Infern” – Il-President Ukren Zelensky

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja li biddlet ir-reġjun tal-Lvant ta’ Donbas f’ “infern”, hekk kif il-ġlied kompla jiħrax.

Waqt li kien qed jitkellem waqt l-indirizz tiegħu ta’ kull filgħaxija minn Kyiv, huwa qal li l-forzi Russi wittew ir-reġjun. “B’attakki kontinwi fuq ir-reġjun ta’ Odesa, u fil-bliet ċentrali tal-Ukrajna, Donbas huwa kompletament meqrud,” tenna Zelensky.

“Dan kollu m’għandux u ma jista’ jkollu l-ebda spjegazzjoni militari għar-Russja,” żied Zelensky.

“Dan huwa tentattiv intenzjonat u kriminali biex joqtlu kemm jista’ jkun Ukreni. Jeqirdu kemm jista’ jkun djar, faċilitajiet soċjali u intrapriżi,” qal il-mexxej Ukren.

Nhar il-Ħamis, il-Ministeru tad-Difiża tal-Ukrajna akkuża lir-Russja li intensifikat l-attakki tagħha fid-Donbas biex ma tħallix liċ-ċivili jaħarbu.

Ilbieraħ filgħaxija s-Senat Amerikani approvaw pakkett ta’ għajnuna lill-Ukrajna, hekk kif dan il-pajjiż qed ikompli jirreżisti l-attakki Russi. L-Amerika se tkun qed tgħin l-Ukrajna b’$40 biljun.

Ritratt: Olga Maltseva

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com