Ir-Russja Tiddikjara Rebħa Fil-Belt Ta’ Mariupol – “Fadal Biss Fdalijiet F’Din Il-Belt Ukrena”

 Ir-Russja Tiddikjara Rebħa Fil-Belt Ta’ Mariupol – “Fadal Biss Fdalijiet F’Din Il-Belt Ukrena”

Ir-Russja ddikjarat rebħa fil-belt Ukrena ta’ Mariupol. Dan wara xhur ta’ ġlied biex tintrebaħ din il-belt bil-port.

Uffiċjali Russi qalu li l-aħħar suldati Ukreni li kien għad fadal jiddefendu l-impjant tal-azzar Azovstal ċedew l-armi tagħhom.

Għal xhur sħaħ it-truppi Ukreni kienu qed jgħixu f’dan il-kumpless enormi biex jipprevjenu lir-Russja milli tistabbilixxi kontroll sħiħ fuq il-belt.

L-evakwazzjoni tal-bieraħ issa timmarka t-tmiem tal-aktar assedju distruttiv tal-gwerra, b’Mariupol issa jifdal biss fdalijiet.

Il-Ministru tad-Difiża Russa qal li l-belt u l-impjant tal-azzar issa huma “kompletament liberati” wara li l-aħħar 531 suldat Ukren ħareġ mis-sit.

Fi stqarrija ntqal li l-faċilitajiet taħt l-art ta’ f’dan il-kumpless kbir, fejn il-militanti kienu qed jinħbew, ġew taħt il-kontroll sħiħ tal-forzi armati Russi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com