Is-Segretarjat Għar-Riformi U L-Ugwaljanza B’Konferenza Fil-Jum Internazzjonali Kontra L-Omofobija, Transfobija U L-Biofobija
Aktar kmieni llum, ġiet organizzata konferenza mis-Segretarjat għar-Riformi u l-Ugwaljanza fil-Jum Internazzjonali kontra l-omofobija, transfobija u l-biofobija.
Is-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali qalet li din il-konferenza ġiet organizzata biex flimkien mal-attivisti u s-soċjetà ċivili jkun iċċelebrat il-kisbiet li saru fis-settur tal-ugwaljanza kif ukoll ġew diskussi l-passi li jmiss sabiex jintlaħqu l-livell li jmiss.
Buttigieg żiedet tgħid li “dan il-Gvern għandu l-kreddibilità għaliex quddiem inġustizzji u realtajiet partikolari, aħna dejjem weġibna bl-azzjoni. Ottimista li bil-mod kif ħdimna bħala Gvern tul dawn is-snin ser inkomplu naħdmu biex b’dawn il-miżuri ntejjbu l-ħajja tan-nies ta’ madwarna u tat-tfal li għadhom iridu jitwieldu.”