“Is-Sena D-Dieħla F’Kyiv – F’Ukrajna Ħielsa. Jien Se Nkun Hemm.” – Il-President Tal-PE Roberta Metsola
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tagħha ferħet lill-Ukrajna u lil Kalush Orchestra għar-rebħ tal-Eurovision 2022.
“Is-sena d-dieħla f’Kyiv – f’Ukrajna ħielsa. Jien se nkun hemm.”
Dan kien il-messaġġ li wasslet Metsola lill-poplu Ukren ftit wara li spiċċat is-serata tal-bieraħ f’Torin, l-Italja.
Congratulations #KalushOrchestra and #Ukraine! 🇺🇦🏆 #Eurovision #ESC2022
Next year in #Kyiv – in a free Ukraine. I will be there.
Slava Ukraini!
— Roberta Metsola (@EP_President) May 14, 2022