Is-Sitt Pakket Ta’ Sanzjonijiet Mill-Unjoni Ewropea Fuq Ir-Russja
Huwa mistenni bejn illum u għada li jkun ippreżentat is-sitt pakkett ta’ sanzjonijiet fuq ir-Russja mill-Unjoni Ewropea. Il-President tal-Kummissjoni Ewropea mistennija li toħroġ dal-pakkett ta’ sanzjonijiet, li imbagħad ikun previst li jiġi addottat fil-laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin li mistenni jiltaqgħu fis-16 ta’ Mejju li ġej.
Apparti minn hekk, ilbieraħ saret ukoll laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija fi Brussell, bl-attenzjoni kollha tal-laqgħa tkun fuq l-enerġija. Huwa mifhum li f’din il-laqgħa kienet diskussa is-sitwazzjoini tad-distribuzzjoni tal-enerġija u l-iżvilupp tagħha fl-Unjoni Ewropea, wara li r-Russja talbet lill-Polonja u l-Bulgarija sabiex iħallsuha bil-munita tagħha ir-rublu.
Lil’ hinn minn dan il-Kunsill, il-pakkett ta’ sanzjonjiet li mistenni ikun imħabbar, qed jingħad li potenzjalment ikun hemm embargo fuq iż-żejt mir-Russja, li twassal għar-Russja sabiex titlef ħafna mid-dħul tagħha. Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea Josep Borrell, kien ikkwotat jgħid li għalkemm dan huwa il-ħsieb, jidher li mhux il-Membri Stati kollha qegħdin jaqblu fuqha.
Għajnejn il-ġurnalisti huma ffukati fuq dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet u huwa mistenni li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qiegħdha tieħu azzjoni fuq dawk il-kumpaniji li jibdew jagħmlu konsulenzi u ‘lobbying’ f’isem kumpaniji Russi sabiex kumpaniji Ewropej iħallsu bil-munita Russa ir-rublu. Apparti minn hekk dan il-pakkett ta’ sanzjonijiet huwa mistenni li jaqla’ lill-Bank Russu Sberbank minn fuq is-sistema ta’ pagmenti internazzjonali li tissejjaħ SWIFT. Jidher li se jkun hemm aktar miżuri ta’ restrizzjonjiet fejn jidħlu il-kumpaniij ukoll tal-kimika.
Kif għidt ftit qabel il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Mininstri tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija, kellha suppost tikkordina pożizzjoni sabiex il-kumpaniji jonoraw l-obligazzjonijiet tagħhom tal-kuntratti. Nifhem, li l-munita ta’ kif għandhom ikun mħallsa mhux imsemmiha, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ħarget linji gwida kif kumpanji fl-Unjoni Ewropea m’għandhomx iħallsu bil-munita Russa rublu, imma jistgħu jiftħu kont mal-Kumpanija tal-istat Gazprom li tissuplixxi ħafna mill-gass u imbgħad jibgaħtu l-obbligi tagħhom bl-ewro u d-dollaru Amerikan, fejn ikun jidher li l-pagment huwa konkluż, u jħallu r-Russja sabiex tagħmel il-konverżjoni għall-munita rublu. Għad irridu naraw jekk il-President Vladimir Putin hux se jkun qed jaċċetta dal-mod ta’ kif ikun imħallas il-gass hekk kif ipproponut fil-linji il-gwida tal-Kummisjoni Ewropea.
Xi ħaġa ta’ nteress ukoll hija li il-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-Politika u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea se jkun qiegħed iżur Washington u New York, għal-laqgħat man-Nazzjonijiet Magħquda, l-Awtoritajiet Amerikani u l-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Magħquda.
Dan l-artiklu huwa miktub minn Clint Flores: Ekonomista, għix u ħadem fi Brussell għal aktar minn 8 snin u fejn ħadem mal-Istituzzjonijiet Ewropej kollha. Għal perjodu, kien ukoll il-President tal-Budget tal-Unjoni Ewropea, u wara, ir-Rappreżentant Malti għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi tal-Politika u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea.