Isofri Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Mutur U Karozza Fil-Gżira

 Isofri Ġrieħi Gravi F’Ħabta Bejn Mutur U Karozza Fil-Gżira

Sewwieq ta’ mutur ta’ 62 sena sofra ġrieħi gravi wara ħabta ma’ karozza.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tad-9am, fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Shansu CP1, misjuq mill-vittma li joqgħod Tas-Sliema u Renault Zoe, misjuqa minn Olandiż ta’ 21 sena.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com