It-Temp Se Jkun Ftit Imsaħħab Bil-Possibilità Li Tqattar Ftit Tax-Xita Wkoll
☁️🌥 It-temp illum ġeneralment imsaħħab bi ftit taqtir tax-xita tal-ħamrija kultant f’xi nħawi, iżda jiċċara mal-lejl. Jinħass pjuttost kiesaħ.
[☔️: 55% | ⚡️: 15% | 💨: 50%]
🌬 Ir-riħ umdu u ħafif (F3-4) li jsir moderat għal ftit qawwi (F4-5) mill-Grigal (NE) u jerġa’ jimmodera (F5-4) u mbagħad isir mill-Majjistral (NW) tard matul il-lejl, sbieħ għada t-Tnejn 2/5.
🌊 Il-baħar ħafif li jsir moderat għal ftit qawwi, l-aktar fejn jaqbel. ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 20°C; l-inqas illejla: 14°C.
🥶 Tinħass: 19°C | 13°C.
🔅 Indiċi UV: 7.
Ritratt miġbud riċentament mir-Ramla tal-Mixquqa fil-limiti tal-Mellieħa, grazzi għal Norma Camilleri