It-Tnejn Li Ġej Il-Faċilitajiet Kollha Tal-WasteServ Se Jkunu Magħluqa Għal Xi Ħin B’Rispett Għal Joseph Ellul

 It-Tnejn Li Ġej Il-Faċilitajiet Kollha Tal-WasteServ Se Jkunu Magħluqa Għal Xi Ħin B’Rispett Għal Joseph Ellul

Nhar it-Tnejn li ġej il-faċilitajiet kollha tal-WasteServ, inkluż iċ-Ċentri għall-Iskart Goff, f’Malta u Għawdex ser ikunu magħluqa bejn is-1:30pm u t-3:30pm.

Dan ġie mħabbar mill-WasteServ fuq il-mezzi soċjali tagħha bħala turija ta’ rispett lejn Joseph Ellul u l-familja tiegħu.

Joseph Ellul, tilef ħajtu traġikament nhar it-Tlieta li għadda waqt li kien qed jaħdem fl-inċineratur tal-Marsa.

Fil-messaġġ tagħha, il-WasteServ qalet ukoll li l-inċineratur fil-Marsa fejn Ellul tilef ħajtu, se jkun qed jagħlaq ukoll fis-1:30pm u jibqa’ magħluq sas-6:30pm.

Il-kumpanija talbet il-koperazzjoni tal-pubbliku matul dan iż-żmien sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aħħar tislima lil kollega tagħhom, Joseph.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com