Iweġġa’ Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur F’Ħ’Attard

 Iweġġa’ Gravi Wara Li Tilef Il-Kontroll Tal-Mutur F’Ħ’Attard

Sewwieq ta’ mutur ta’ 28 sena sofra ġrieħi wara li tilef il-kontroll.

L-aċċident seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-kwarta, fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li l-vittma, residenti San Pawl il-Baħar waqa’ waqt li kien qiegħed isuq mutur Honda VT600 u weġġa’.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com