“Ixxukjajt Ruħi … Waħda Mill-Ħbieb Veri Ta’ Ħajti Ħallietna Ftit Jiem Ilu” – Chiara Siracusa

Il-Kantanta Chiara Siracusa uriet id-dispjaċir tagħha għat-telfa ta’ ħabiba antika tagħha Angele Mangion Haber li ħalliet din id-dinja ftit jiem ilu.
Qalet li l-facebook ma tantx tfittxu u kif tinsab ftit ma tiflaħ, iddeċidiet tidħol fuqu u xxukjat ruħha bit-telfa ta’ ħabib ta’ veru.
“Kont inqisha bħala l-ikbar ħabiba tiegħi fi żmien fejn kont għadni qed nagħġen il-karattru li llum ngħix bih. Angele Mangion Haber lanqas nista’ nemmen … m’ għandiex ħlief memorji sbieħ tiegħek, daħk sfrenat u mħabba ġenwina”, spjegat Chiara.
Saħqet li dik kienet ħbiberija li llum diffiċli ssib. “Strieħ fil-paċi għażiża. Ibqa’ l-istess hemm fuq kif kont hawnhekk, b’ dik it-tbissima dejjem fuq wiċċek, dejjem lesta b’ qalbek f’ idejk għal ħaddieħor.”, temmet Chiara filwaqt li tat il-kondoljanzi lill-familja kollha.