Iż-Żewġ Mexxejja Tal-Partiti Politiċi Fost Id-Dilettanti Tal-Karnival

 Iż-Żewġ Mexxejja Tal-Partiti Politiċi Fost Id-Dilettanti Tal-Karnival

Hekk kif illum jingħata bidu għall-Karnival iż-żewġ mexxejja tal-Partiti Politiċi żaru diversi mħażen fejn dawn l-aħħar xhur kienu qed jinħadmu l-karrijiet għal din l-edizzjoni speċjali.

Il-Prim Ministru Robert Abela f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu awgura lid-dilettanti kollha tal-Karnival li fi tmiem din il-ġimgħa se jiċċelebraw bħal qabel il-pandemija.

“Iltqajt ma’ bosta dilettanti li fihom tispikka l-perseveranza u l-imħabba lejn il-kultura Maltija,” tenna Dr Abela.

Min-naħa l-oħra l-Kap tal-PN f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali tiegħu qal li f’dan it-temp mill-isbaħ se jkun qed jgħin biex sa fl-aħħar ikun iċċelebrat il-Karnival kif xieraq.

“Ninsab kuntent għad-dilettanti li jagħtu ħinhom u fuq kollox qalbhom għal dan l-avveniment. It-talent u l-ħila tagħhom bla limiti,” tenna Dr Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com