Jgħid Li Tfal Bl-Awtiżmu M’Għandhomx Jitħalltu Ma’ Tfal Normali – Twieġbu L-Ministru Julia Farrugia Portelli
Persuna fuq facebook kiteb li tfal b’awtiżmu huma perikoluża ħafna u l-aħjar ma jitħalltux ma’ nies normali għax wara jaf ikun too late.”
Għal dan il-kumment, il-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli wieġbet li meta tisma’ hekk, iżjed timpenja ruħha biex tiddefendi kull tifel u tifla b’diżabbilità.
“U mhux hekk nibqgħu. Ngħajjru tfal bl-awtiżmu “perikolużi ħafna”! Pastaż u insensittiv. Inaċċettabbli. U nistenna bħal kull ċittadin ieħor li tittieħed azzjoni. Aktar ma nisma’ b’ każijiet hekk aktar nimpenja ruħi biex sal-aħħar nifs nibqa’ niddefendi lil kull tifel u tifla b’diżabbiltà.”
Intom x’taħsbu dwar dan?