Jinqaleb Bowser Bid-Diesel Fit-Telgħa Tal-Power Station L-Antika – Evitaw Iż-Żona

Bowser li kien qed iġorr id-diesel nqaleb bil-konsegwenza li ammont kbir ta’ fjuwil spiċċa mxerred mat-triq, kif ukoll għaffeġ karozza li kienet ipparkjata.
Dan l-aċċident seħħ għall-ħabta tat-3:30pm fi Triq il-Moll tal-Ħatab, fil-Marsa.
Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili qed jikkontrollaw din is-sitwazzjoni delikata billi tefgħu ammont kbir ta’ ramel fuq id-diesel li ħareġ mill-bowser.
Mhux magħruf jekk is-sewwieq ġarrabx xi ġrieħi fl-inċident.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
Filmat: Facebook (Leonard Zammit)