Jissaħħab U B’Riħ Li Jsir Qawwi Ħafna U Bil-Buffuri…
🌫🌤☁️💨 It-temp illum jisbaħ bnazzi iżda mdaħħan (‘hazy’), li jissaħħab u b’riħ li jsir qawwi ħafna u bil-buffuri matul filgħaxija u l-lejl.
[☔️: 35% | ⚡️: 10% | 💨: 100%]
🌬 Ir-riħ moderat (F4-5) mix-Xlokk (SE) li jitqawwa (F5-6) gradwalment u jsir qawwi ħafna (F7-8) u bil-buffuri matul filgħaxija u l-lejl li ġej. ⚠️
🌊 Il-baħar ħafif li jitqawwa f’daqqa u jsir ftit qawwi għal qawwi sa filgħaxija. ⚠️
🌡 L-ogħla temperatura llum: 22°C; l-inqas illejla: 18°C.
🥵 Tinħass: 23°C | 16°C 🥶.
🔆 Indiċi UV: 9.
Ritratt mill-isbaħ miġbud riċentament minn Tal-Qortin fil-limiti tan-Nadur f’Għawdex, grazzi għal Tiziana Fenech