Joseph Bonnici Jeħel 36 Sena Ħabs – Jammetti Li Qatel Lil Ommu U Lil Oħtu F’Ħal Għaxaq

 Joseph Bonnici Jeħel 36 Sena Ħabs – Jammetti Li Qatel Lil Ommu U Lil Oħtu F’Ħal Għaxaq

Joseph Bonnici ta’ 41 sena ġie kkundannat 36 sena ħabs wara li ammetta qabel għadda ġuri li qatel lil ommu Maria Lourdes Bonnici u lil oħtu Angele Bonnici fid-dar tagħhom f’Ħal Għaxaq.

Il-każ kien seħħ fis-26 ta’ Marzu tal-2019.

Fil-Qorti Joseph Bonnici ammetta għal qtil volontarju doppju, li uża arma regolari waqt reat, li spara arma tan-nar f’post abitat, li qered it-traċċi ta’ reat, li ħeba l-katavri ta’ persuni maqtula, li żamm arma tan-nar bla liċenzja, li ħadem apparat biex inaqqas il-ħoss ta’ sparatura, u li mmanifattura arma tan-nar mingħajr liċenzja.

Dawn l-akkużi jikkonfermaw kemm Bonnici kien ippjana dan id-delitt sal-inqas dettall biex ma jinqabadx.

Joseph Bonnici kien ordnat iħallas ukoll €18,909 fi spejjeż tal-Qorti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com