Konrad Mizzi Se Jkompli Jixhed Quddiem Il-PAC – L-Oppożizzjoni Trid Tkompli Bl-Investigazzjoni Dwar L-Electrogas

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret it-Tlieta filgħaxija, il-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qabel u ddeċieda li fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi il-membri tal-Oppożizzjoni se jkunu qed jipproponu li tissokta l-investigazzjoni dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali b’rabta mal-proġett tal-Electrogas.
F’dan il-każ l-eks Membru Parlamentari Laburista Konrad Mizzi se jerġa’ jissejjaħ biex ikompli jixhed.
Fi stqarrija ntqal li l-membri tal-grupp Darren Carabott bħala Chairperson, David Agius u Graham Bencini se jkunu qed jitolbu biex din l-investigazzjoni tissokta mal-ewwel opportunità.