L-Atleti Maltin Jirnexxielhom Jirbħu 65 Medalja Tad-Deheb Waqt L-iSpecial Olympics
Waqt l-iSpecial Olympics li ntemmu lbieraħ Malta rnexxielha tirbaħ total ta’ 192 medalja.
Waqt dawn il-logħob l-atleti Maltin irnexxielhom jirbħu 65 medalja tad-deheb, 60 tal-fidda u 67 tal-bronż.
Il-kompetizzjonijiet saru f’6 dixxiplini differenti, li kienu, l-boċċi, il-bowling, l-atletika, l-għawm, table tennis u l-futbol.
L-aktar dixxiplina sportiva li ntrebħu midalji tad-deheb kien fl-għawm bi 17-il medalja, u jsegwu l-Atletika u l-Boċċi fejn intrebħu 16-il midalja tad-deheb f’kull dixxiplina.
F’dawn il-logħob ħadu sehem atleti minn 23 pajjiż differenti.
Ritratt: Edward Azzopardi