“L-Isbaħ Xewqat Għażiż Owen F’Jum Twelidek” – Remenda Grech

 “L-Isbaħ Xewqat Għażiż Owen F’Jum Twelidek” – Remenda Grech

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali Owen Bonnici.

Is-Sieħba tiegħu Remenda Grech, awguratlu l-isbaħ xewqat u spjegat kif l-ammirazzjoni lejh tiżdied kuljum meta tarah jaħdem qatigħ lejl u nhar, b’tant grinta, onestà, rettezza, dedikazzjoni u enerġija.

“Il-kwalitajiet tiegħek ta’ umilta, impenn, perseveranza u sensittività għall-uġigħ ta’ ħaddieħor jagħmluk persuna kompleta. Persuna li bil-fatti turi li l-imħabba u l-positivita jirbħu fuq kull negattivita li taf toffri d-dinja”, kitbet Remenda.

Awguri.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com