“L-Istorja Tiegħi…Issa Bl-Ingliż” – Clifford Galea Bit-Tieni Ktieb Tiegħu Dalwaqt
‘Defeat Is A Temporal Downfall’ huwa l-isem ta’ ktieb ġdid li mistenni joħroġ fil-jiem li ġejjien li jispjega b’rakkont l-istorja ta’ Clifford Galea u l-esperjenzi reali ta’ nies li jgħaddu mill-problema ta’ addiction.
Dan ħabbru Clifford Galea stess fuq il-mezzi soċjali tiegħu.
Huwa, fil-bidu tal-2020 kien diġà ħareġ il-ktieb ‘Nifs Li Kważi Kissirni’ li fi ftit jiem kien inbiegħ kollu wara li ġie stampat diversi drabi.
Din id-darba l-ktieb se jkun bl-Ingliż, b’messaġġ ta’ kuraġġ għal kulħadd, speċjalment għal dawk li qed isofru minn xi tip ta’ addiction.
Dan il-ktieb li sar bl-għajnuna tal-FSWS (Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizz Soċjali) se jkun qed jinstab fil-ħwienet ewlenin kollha tal-kotba fil-ġimgħat li ġejjien.