L-Obbligu Tal-Maskra Fuq L-Ajruplan Se Jintemm Nhar It-Tnejn Li Ġej

 L-Obbligu Tal-Maskra Fuq L-Ajruplan Se Jintemm Nhar It-Tnejn Li Ġej

Minn Nhar it-Tnejn 16 ta’ Mejju passiġġiera fuq ajruplan mhux se jkunu obbligati jilbsu l-maskra waqt li qed jivvjaġġaw fl-Ewropa.

Dan tħabbar illum mill-ECDC u l-Aġenzija tas-Sigurtà fl-Avjazzjoni tal-UE.

Fi stqarrija huma qalu li kull linja tal-ajru se tkun libera li timplimenta regoli li jvarjaw minn linja għal oħra.

L-ECDC u l-EASA rrakkomandaw li passiġġieri vulnerabbli għandhom jibqgħu jilbsu l-maskra.

Il-passiġġieri qed jiġu mħeġġa wkoll jibqgħu josservaw d-distanza soċjali fl-ajruporti.

Din id-deċiżjoni ittieħdet wara li diversi pajjiżi Ewropej issa laħqu livelli għoljin ta’ persuni li ħadu l-vaċċin. Bosta pajjiżi neħħew ukoll ħafna mir-restrizzjonijiet li kellhom u għalhekk din id-deċiżjoni se tkun qed tgħin fit-triq lura għan-normalità.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com