Laqgħat Pożittivi Bejn il-Ministru Jo Etienne Abela U Deputati Nazzjonalisti – “L-Anzjani Fiċ-Ċentru Tad-Diskussjoni Tagħna”

 Laqgħat Pożittivi Bejn il-Ministru Jo Etienne Abela U Deputati Nazzjonalisti – “L-Anzjani Fiċ-Ċentru Tad-Diskussjoni Tagħna”

“L-Anzjani kienu fiċ-Ċentru tad-diskussjoni tagħna”, qal il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela wara li llum laqa’ fl-uffiċċju tiegħu lid-Deputat Alex Borg li huwa s-Shadow Minister għal Għawdex kif ukoll lil Paula Mifsud Bonnici; Kelliema għall-Anzjanità Attiva.

Tenna li d-diskussjoni bla dubju kienet tibbaża sew fuq l-anzjani f’pajjiżna fejn il-Gvern qed jara li jtejjeb il-ħidma tiegħu favur id-dinjità tal-anzjani u anke jkompli jagħtiehom ir-rispett mistħoqq.

Saħaq li huwa fid-dmir li jaħdem ma’ kulħadd biex il-Gvern ikompli jibni fuq dak li sar tajjeb filwaqt li jtejjeb u jintroduċi modi oħra favur l-anzjani Maltin u Għawdxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com