Laura Pausini Aktarx Kienet Pożittiva Għall-Covid-19 Waqt Il-Finali Tal-Eurovision

 Laura Pausini Aktarx Kienet Pożittiva Għall-Covid-19 Waqt Il-Finali Tal-Eurovision

Jidher li r-raġuni għaliex Laura Pausini waqt il-votazzjoni tas-serata finali tal-Eurovison ma kienetx fuq il-palk hija minħabba li kienet pożittiva għall-Covid-19.

Nhar is-Sibt li għadda Laura Pausini għamlet madwar 20 minuta nieqsa minn fuq il-palk waqt ħin il-votazzjoni, b’Mika u Alessandro Cattelan mexxew weħedhom. Wara li spiċċat is-serata ntqal li l-kantanta ta’ 48 sena kienet assenti minħabba li ma bdietx tħossha sew kawża ta’ pressjoni baxxa u kellha bżonn tistrieħ għal ftit ħin.

Jidher li l-kawża proprja kienet ġejja għaliex nhar is-Sibt li għadda Laura Pausini kienet pożittiva għall-Covid mingħajr ma kienet għada taf. “Ilni ma nħossni tajjeb mis-Sibt. Ħsibt li kienet ikkawżata mill-għejja li akkumulat, iżda ma kienx hekk,” qalet Pausini.

Hi temmet tgħid f’messaġġ fuq il-mezzi soċjali li għada kemm saret taf li hija pożittiva għall-Covid-19 u għalhekk se tkun qed tiżola lilha nnifisha u tħassar kontra qalba l-kunċerti li kellha pjanata.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com