Malta Mfaħħra Mill-WHO Dwar Il-Progress Fl-Implimentazzjoni Ta’ Inizjattivi Favur Persuni Bid-Dimensja

 Malta Mfaħħra Mill-WHO Dwar Il-Progress Fl-Implimentazzjoni Ta’ Inizjattivi Favur Persuni Bid-Dimensja

Ilbieraħ il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela attenda għat-tnedija ta’ rapport bl-isem ta’ ‘Launch of Alzheimer’s Disease International’s – From Plan to Impact’ ġewwa Geneva.

F’intervent li għamel il-Ministru Abela tkellem dwar l-importanza li naħdmu u nwettqu pjan li jtejjeb il-ħajja ta’ persuni li jgħaddu minn din il-kundizzjoni.

F’kummenti wara din il-konferenza, l-Ministru Jo Etienne Abela qal li “pajjiżna għamel avvanzi sbieħ fil-kura ta’ din il-kundizzjoni.” Huwa żied jgħid li “hemm ħafna aktar x’isir, riċerka, kura u għajnuna lill-persuni li qegħdin qrib dawn il-persuni li jgħixu bid-dimensja.”

Waqt din il-konferenza numru ta’ pajjiżi tkellmu dwar il-progress fl-implimentazzjoni ta’ inizjattivi favur persuni bid-dimensja.

“Aħna mhux inqas, anzi konna protagonisti tant li l-WHO u l-Alzheimer’s Disease International faħħret lil Malta li tat eżempji lil pajjiżi oħra fuq dan is-suġġett,” temm jgħid il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela.

Ara l-filmat:  

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com