Mingħajr Qatt Saq Ajruplan Qabel Jirnexxielu Jniżżel Wieħed Wara Li L-Bdot Intilef Minn Sensih

 Mingħajr Qatt Saq Ajruplan Qabel Jirnexxielu Jniżżel Wieħed Wara Li L-Bdot Intilef Minn Sensih

Passiġġier li kien abbord ajruplan żgħir irnexxielu jevita traġedja wara li niżżel l-ajruplan b’suċċess, wara li l-bdot intilef minn sensih.

Dan il-każ ġara fi Florida, l-Amerika wara sejħa ta’ emerġenza li daħlet fit-torri tal-kontroll tat-traffiku mingħand il-passiġġier stess abbord Cessna 208.

Il-passiġġier ma kellu l-ebda idea ta’ kif wieħed jikkontrolla ajruplan wisq aktar kif iniżżlu f’ajruport.

B’xorti tajba dak il-ħin fit-torri tal-kontroll kien hemm għalliem tal-piloti li bil-kalma kollha beda jispjega x’irid jagħmel. Huwa tah struzzjonijiet sabiex waslu bi dritt ir-runway sakemm il-passiġġier irnexxielu jniżżel l-ajruplan fl-ajruport ta’ Palm Beach b’suċċess, tant li kienu impressjonati bil-mod kif ikkontrolla l-ajruplan f’din is-sitwazzjoni, mingħajr qatt ma saq ajruplan.

Ritratti: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com