Mistenni Ftuħ Grandjuż Għal-Logħob Internazzjonali Tal-Olimpjadi Speċjali F’Malta

 Mistenni Ftuħ Grandjuż Għal-Logħob Internazzjonali Tal-Olimpjadi Speċjali F’Malta

Illejla fil-Belt Valletta se jkun qed isir il-ftuħ uffiċjali tal-logħob internazzjonali tal-Olimpjadi Speċjali f’Malta.

F’dawn il-logħob se jkunu qed jieħdu sehem atleti minn 23 pajjiż differenti, f’6 dixxiplini sportivi, li huma l-boċċi, il-bowling, l-atletika, l-għawm, table tennis u l-futbol.

Bħalissa hawn Malta hawn mal-1000 atleta li mistennija jieħdu sehem f’dawn il-logħob.

Illejla l-ftuħ uffiċjali se jkun qed jixxandar fuq TVMnews+ bi programm li jibda fis-6:30pm.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com