Mistennija Attendenza Numeruża Llejla F’Birkirkara Għall-Festa Tas-Sejba Tas-Salib
Illum 3 ta’ Mejju huwa msejjaħ Santu Kruċ, jew aħjar il-Festa tas-Sejba Tas-Salib. Kull sena l-Karkariżi bi ħġarhom jistennew dan il-jum qaddis għalihom fejn apparti li l-istatwa Maestuża ta’ Sant Elena toħroġ f’Awwissu, terġa’ toħroġ bħal-lum.
Dan il-jum ifakkar l-episodju meta Santa Liena sabet l-Għuda Mqaddsa li fuqu Sidna Ġesù Kristu ta ħajtu għalina u fdiena.
Illum il-Banda Duke of Connaught’s Own se takkumpanja il-purċissjoni bir-Relikwa tas-Salib Imqaddes u l-vara maestuża ta’ Santa Liena wara assenza ta’ sentejn.
Insellmu lill-Karkariżi kollha.
Ritratt: St Helen Museum Birkirkara