“Omm-Kelma Oħra Minflok Imħabba Infinita” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Opożizzjoni sellem lil ommu f’jum l-omm fejn kiteb: “L-omm, il-benniena tal-għożża, it-tgħanniqa ta’ serħan moħħ l-ulied.”
Qal li “Omm – kelma oħra minflok imħabba infinita, li tagħmel kollox mingħajr ma tistenna xejn.”
Huwa wassal l-awguri f’Jum l-Omm lil ommu u lil martu AnneMarie Grech kif ukoll lill-ommijiet kollha, u lil dawk li jħossuhom ommijiet u dawk li għad ikunu.