“Ommi Weġġgħatni, Imma Xorta Nħobbha Għax Hi Ommi”

Hekk tenniet magħna segwaċi ta’ Stradarjali.com fejn riedet twassal messaġġ li f’dan il-jum, għalkemm mhux kulħadd iħossu maħbub fih, xorta waħda għandna nippruvaw inxerrdu l-imħabba.
Saħqet magħna li kellha esperjenza personali f’ħajjitha meta ommha flok qabżet għaliha, ħaditha kontrieha. Bla dubju, dettalji tal-istorja aħna ma nafux u ma nidħlux fil-mertu tagħha.
Il-messaġġ li riedet twassal u li aħna qbilna li nxandruh hu, li ġralha xi ġralha s-sinjura, tenniet li ommha tibqa’ waħda; dik li tagħtha l-ħajja u rabbietha, u li setgħet żbaljat bħal kulħadd imma hi bħala bint laqgħetha lura.
Awguri lill-ommijiet kollha f’jum l-omm.