Piano Recital Minn Waħda Mill-Iżgħar Mużiċisti Lokali – Bernice Sammut Attard

 Piano Recital Minn Waħda Mill-Iżgħar Mużiċisti Lokali – Bernice Sammut Attard

Nhar is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2022 fis-19:30, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi ser ikun qed jippreżenta piano recital miż-żagħżugħa ta’ 22 sena, Bernice Sammut Attard – li hija wkoll waħda mill-aqwa mużiċisti lokali.

Il-programm ser ikun jikkonsisti f’xogħolijiet ta’ Bach, Bartok, Wagner/Liszt aund Chopin.

Bernice Sammut Attard hija pjanista u vjolinista Maltija li qeda fir-raba u l-aħħar sena tal-Bachelor of Music degree ġewwa r-Royal Conservatoire tal-Iskozja ġewwa, Glasgow. Hija tistudja l-pjanu mal-Professuri Fali Pavri u Petras Geniušas. Ruth Hahn hija l-għalliema tagħha tal-vjolin.

Fil-bidu ta’ din is-sena, Bernice daqqet Rachmaninoff’s 2nd Piano Concerto mal-professur tagħha Petras Geniušas. Mill-konservatorju tagħha għal din is-sena ser jkun qed jinkludiha ddoq Dvorak Piano Quintet, li huwa solo piano recital f’Ġunju li ġej, kif ukoll ser tieħu sehem bħala waħda minn piano duo waqt il-Piano Festival.

Bernice Sammut Attard piano recital ser ikun qed jittella’ ġewwa s-sala La Valletta, f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt Valletta. Id-durata hija 60 minuta u l-biljetti jinxtraw €10 biss. Tfal taħt 12-il sena jidħlu b’xejn. Għall-aktar informazzjoni, Wieħed jista’ jċempel fuq 2559 5750 jew żur is-sit www.showshappening.com.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com