Premju Ta’ €50,000 Għall-Entitajiet Li Jappoġġjaw In-Negozju

 Premju Ta’ €50,000 Għall-Entitajiet Li Jappoġġjaw In-Negozju

“Bħala gvern, aħna komessi li noħolqu ambjent li jixpruna u li jħeġġeġ ukoll entitajiet pubbliċi oħra jkomplu jinċentivaw aktar negozju.”

Dan qalu l-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri waqt li ħabbar li sabiex il-gvern jinkoraġġixxi aktar dan, nieda l-Premju Nazzjonali għall-Appoġġ lin-Negozju.

Il-Ministru Schembri qal li l-gvern għandu jkun spalla għall-industrija u joffri l-għajnuna kollha meħtieġa fejn ikun hemm bżonn. “Is-sentejn li għaddew huma eżempju ta’ kif il-gvern u l-industrija għandhom jiġbdu ħabel wieħed biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem.”

Intant, din il-kompetizzjoni għandha żewġ sezzjonijiet ewlenin; Kategorija A: Dipartimenti u Entitajiet Pubbliċi, Kunsilli Lokali u Sħubiji Pubbliċi-Privati, u Kategorija B għall-Għaqdiet Mhux Governattivi, Trade Unions, Assoċjazzjonijiet Professjonali, Skejjel Pubbliċi u tal-Knisja, Istituzzjonijiet Edukattivi Pubbliċi, l-Università ta’ Malta u Organizzazzjonijiet tan-Negozju. Kull sezzjoni fiha numru ta’ kategoriji.

Ir-rebbieħ ta’ kull kategorija jingħata premju ta’ €15,000, filwaqt li dawk li jikklassifikaw fit-tieni post jingħataw €8,000.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq: https://commerce.gov.mt/ u https://www.facebook.com/nsbamalta.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com