Qabda Rekord Oħra Ta’ Droga…Kif Qed Tkun Meqruda? Għadna Nkunu Nafu?
“Tajjeb li naqbdu d-droga imma din qed tinqered? U kif? Meta? Fejn?”
Dawn huma uħud minn mistoqsijiet li ħafna jistaqsu kull meta jinqabad ammont kbir ta’ droga f’Malta. L-istess staqsa l-opinjonista Sergio Mallia fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar kif u fejn qed tiġi meqruda din id-droga.
Huwa feraħ lid-Dwana ta’ Malta għall-ħidma fejjieda tagħhom biex għal ġiet interċettata u inqabdet kunsinna rekord ta’ droga, din id-darba kokaina.
“Nifhem li f’każi bħal dawn ikunu nvoluti diversi skwadri tal-korp tal-pulizija,” tenna Mallia.
Huwa saħaq li għandu fiduċja fix-xogħol tad-dipartimenti konċernati, madanakollu Sergio Maliia qal li “naħseb ikun ġust u jnissel fiduċja ikbar kieku ladarba jkun hemm rilaxx u ordni mill-Qorti, il-forzi tal-ordni juru b’mod pubbliku il-qerda ta’ din id-droga kollha.”
Huwa qal li dak li hu sewwa mhux biss irid isir, “iżda jidher li qed isir.”
X’taħseb dwar dan? Taqbel ma’ li qal Sergio Mallia?