“Qabdu Kunċett Ewropew Tajjeb U Dawruh Rasu L-Isfel” – Il-Kelliem Ewlieni Tal-PN Peter Agius

 “Qabdu Kunċett Ewropew Tajjeb U Dawruh Rasu L-Isfel” – Il-Kelliem Ewlieni Tal-PN Peter Agius

“Qabdu kunċett Ewropew tajjeb u dawruh rasu l-isfel.”

Hekk saħaq il-Kelliem Ewlieni tal-PN u espert fil-qasam Ewropew Peter Agius fuq il-mezzi soċjali tiegħu. Huwa kien qed jirreferi għar-reġistrazzjoni ta’ prodotti tipiċi Maltin, fosthom il-ġbejna tradizzjonali Maltija.

“Stajna rreġistrajniha bħala prodott tipiku Malti snin ilu, iżda baqa’ jkarkar saqajh. Issa biex vera ngħaxxquha ser jiddefinixxu llum xi tkun il-ġbejna tradizzjonali Maltija – u taf xiex? Mhix dik li ilna nafu minn tfulitna, mhux dik li titnixxef fuq il-bjut u lanqas dik tal-ħalib tan-nagħaġ,” saħaq Peter Agius.

Huwa sostna li l-kunċett Ewropew jipproteġi prodotti li ilhom fit-tradizzjoni tar-reġjun konċernat mill-qedem u mhux prodotti vvintati li jinħadmu fil-fabbriki u l-laboratorji.

Agius tenna li huwa kollu ta’ xejn li jsiru l-fieri bil-prodotti Maltin, “meta qed noqtlu s-suq tagħna stess, b’konsegwenza li l-prodott Malti jibqa’ sejjer lura.”

Il-Kelliem tal-PN temm jgħid li din hija tassew ħasra, “għax għandna potenzjal kbir.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com